Ta’ kull sena pajjiżna jinvesti madwar sbatax-il miljun ewro fis-sena fil-ġlieda kontra l-kanċer. Dan sabiex madwar 500 pażjent fis-sena jibbenefika minn dawn il-mediċini li b’mod gradwali bdew jiddaħħlu fil-formolarju mill-2017.
Sara Cerdas, Ewroparlamentari Portugiża qaltilna, “I need to highlight Malta’s response in regards to cancer treatment and accessibility to treatment and that is something that we need to follow suite across the rest of the Union.”
Hija spjegat kif Malta għandha sservi ta’ eżempju għall-kumplament tal-istati membri Ewropej sabiex b’mod kollettiv l-unjoni Ewropea tibqa’ tħarrex il-ġlieda kontra l-kanċer u tkun ta’ sostenn għall-pazjenti li jkunu qed jissieltu kontrih.
Cerdas sostniet: “That is one of the great examples that we actually want to take out as an example and make it a reality across the EU, the whole EU, the whole 27 member states. Why is that? That means that we can reach more people and we can tackle the real health needs of cancer patients.”
L-Ewroparlamentari Portugiża rat ukoll kif pajjiżna qed jinvesti ħafna mhux biss fl-għajnuna lill-pazjenti u t-trattament iżda fir-riċerka. Qalet kif din għandha tkun it-triq ‘il quddiem sabiex jinstab iżjed trattament effettiv kontra l-kanċer.
Hija tenniet: “We need to invest in research, it is really nice and good that Malta is doing that. What we aim here at EU level is that member states create networks for the different type of research that is out there to have robust clinical trials but not only clinical trials, cohort studies which are observational epidiomological studies.”
Cerdas nnotat kif il-ġlieda kontra l-kanċer f’pajjiżna ma baqgħetx waħda tal-pazjent biss f’Malta iżda saret il-ġlieda ta’ stat sħiħ li qed jiġġilidha b’investiment f’mediċini ġodda, bi programmi ta’ skrining u b’investimenti f’riċerka għal trattament ġdid.