Raġel ta’ 58 sena minn Ħad-Dingli qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli f’Ħad-Dingli.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs tal-Ħamis waranofsinhar fi Triq Dun Xard.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel waqa’ minn fuq scaffolding.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna lir-raġel u wara ttieħed l-Isptar Mater.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.