Raġel ta’ 44 sena kien ikkundannat sentejn u nofs ħabs wara li nstab ħati mill-Qorti li wettaq għadd ta’ serqiet.
Huwa kien mixli li wettaq dan is-serq matul Ġunju tas-sena l-oħra, kif ukoll li huwa riċediv u anke kiser il-kundizzjonijiet ta’ żewġ sentenzi sospiżi.
Huwa pprova jisraq fliexken tal-whisky minn ħanut tal-merċa f’Ħal Tarxien.
Waħda mix-xhieda qalet li l-ħalliel ħareġ sikkina żgħira u heddida li joqtolha.
L-akkużat kien mixli wkoll li seraq mijiet ta’ ewro minn ħanut tal-kotba fl-Università.
Huwa seraq ukoll minn ħwienet f’Tas-Sliema, l-Imsida u l-Belt.
L-akkużat kien ukoll ordnat iħallas aktar minn elf u seba’ mitt ewro fi spejjeż tal-Qorti.