Waqt il-Programm Pjazza, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li Malta minn nhar il-Ġimgħa li ġej se tibda taċċetta ċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-Awstralja.
Dan għaliex issa l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom sistema li permezz tagħha jkunu jistgħu jivverifikaw l-awtentiċità taċ-ċertifikat.
Fakkar li mit-Tnejn li ġej persuna li tkun imlaqqma se tkun tista’ tagħmel kwarantina ta’ sebat ijiem minflok erbatax-il jum.