Franċiża ta’ 21 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fin-Nadur, Għawdex. Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-mara tilfet il-kontroll tal-quadbike li kienet qed issuq u ħabtat f’karozza li dak il-ħin kienet ipparkjata.
Fuq il-post intalbet l-għajnuna ta’ tim mediku qabel mal-mara ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-aktar kura. Aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Simone Grech. Il-Pulizija wkoll għada għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.