Qorti fiċ-Ċina kkundannat lin-Negozjant Kanadiż, Michael Spavor 11-il sena ħabs fuq spjunaġġ.
Is-smigħ tal-każ sar wara bibien magħluqa, tant li lanqas diplomatiċi Kanadiżi ma setgħu jitħallew jidħlu, bil-Prim Ministru Justin Trudeau saħaq li dan huwa inaċċettabbli.
In-Negozjant kien ilu mill-2018 arrestat flimkien ma’ Michael Kovrig, eks diplomatiku Kanadiż.
Dan il-każ se jkun qed ikompli jwessa’ t-tensjoni fir-relazzjoni diplomatika bejn il-Kanada u ċ-Ċina.
Infatti, bosta kritiċi akkużaw liċ-Ċina li qed tuża dan il-każ biex ikollha vantaġġ għal negozzjar politiku. Il-kritiċi tennew li ż-żewġ Kanadiżi qed jinżammu bħala ostaġġi.