Fi vjaġġ madwar ix-xatt ta’ Marsaxlokk u bi tberik mill-kappillan tar-raħal, is-sajjieda jinsabu lesti għall-istaġun tas-sajda tal-lampuka.
Ħuta mfittxija tant fis-suq Malti.
L-istaġun li ser jibda fil-15 t’Awwissu jingħata bidu jiem qabel fi tradizzjoni ta’ tberik.
Dan it-tberik huwa mifhum li jawgura tajjeb lis-sajjieda huma u jbaħħru fl-ibħra ta’ madwarna biex imbagħad jerġgħu jsorġu max-xatt u jġibu tbissima fuq fomm il-konsumatur Malti bil-qabda li jkunu għamlu.
Preżenti għat-tberik kien hemm is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Agrikoltura u s-Sajd Sharlo Camilleri.
Għal sena oħra l-Gvern ta s-sehem billi ta ‘l fuq minn għaxart elef palma lis-sajjieda li din ser isservi ta’ dell għal-lampuka.