Fl-aktar jum meqjus bħala sħun minħabba l-festa ta’ San Lawrenz morna l-Belt.
Hemmhekk ma lmaħniex il-moviment tal-kwiekeb marbut ma’ San Lawrenz u magħrufa bħala d-dmugħ tal-qaddis li miet marti mixwi ma’ gradilja.
Minflok iltqajna man-nies u staqsejnihom mistoqsija sempliċi.
Bosta huma dawk illi f’dan iż-żmien ifittxu xi ġurnata fejn il-baħar jew inkella fl-arja ikkundizzjonata. Allura wieħed isaqsi; x’jippreferu l-Maltin? Is-sajf jew ix-xitwa?
Ir-reazzjonijiet tan-nies kienu mħallta.
Ilkoll kellhom ir-raġunijiet tagħhom għaliex jippreferu l-istaġun partikolari. Ħafna jaraw is-sħana daqsxejn esaġerata filwaqt li oħrajn ikollhom l-impenji skolastiċi.
Però kullħadd għandu xi attività favorita waqt l-istaġun l-aktar li jippreferi. Min jagħżel ġurnata ħdejn il-baħar u oħrajn jippreferu jqattgħu ħin mal-qraba fix-xhur kesħin tax-xitwa.