Ġuvni ta’ 21 sena residenti Ħal Tarxien qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Triq Aldo Moro, il-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 03.50a.m u r-raġuni għadha qed tiġi investigata mill-Pulizija.
Il-ġuvni kien qed isuq mutur tal-għamla Piaggio Aprila.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.