Skont il-kandidat Nazzjonalista Salvu Mallia, Malta hija fi stat Faxxista.
Hekk kiteb Mallia nnifsu fuq il-gazzetta Illum fejn saħaq li pajjiżna huwa stat Faxxista bħal ta’ żmien Mussolini fl-Italja.
Saħansitra, Salvu Mallia qal li l-Gvern Laburista huwa agħar mill-Faxxisti ta’ Mussolini.
F’artiklu kontra Gvern Laburista, Salvu Mallia attakka lill-Prim Ministru Malti Dr Robert Abela u semma saħansitra lil bint il-Prim Ministru.
L-istar candidate tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017 mhux l-ewwel darba li attakka lill-Partit Laburista u jsemmi affarijiet estremi, fosthom kien semma n-Nazziżmu.
Salvu Mallia dejjem sab il-kenn ta’ nies fil-Partit Nazzjonalista fosthom tat-tmexxija tal-partit.
Fi żmien li Simon Busuttil kien Kap tal-Partit Nazzjonalista, huwa dejjem qal li jinsab kuntent bid-diskors ta’ Salvu Mallia u saħaq li tkellem b’mod aċċettabbli.
Simon Busuttil kien stqarr: “Għalhekk ma jbeżżaniex xi ħadd bħal Salvu.”
Meta kien mistoqsi: “Tapprova d-dikjarazzjoni ta’ Salvu Mallia li għamel f’Għawdex li kważi xebbaħ lill-Prim Ministru mal-pesta?”
Simon Busuttil wieġeb: “Salvu għandu mod ikkulurit kif jitkellem. Allaħares jien noqgħd niġġudika jitkellem Reno, kif jitkellem Salvu.”
Busuttil kien sostna: “Jien kont qiegħed preżenti u naf il-kuntest li qalha, huwa kuntest li huwa aċċettabbli, għandu dritt għall-opinjoni tiegħu.”
Min-naħa l-oħra, Salvu Mallia kien jattakka lil Adrian Delia, b’tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, illum wara Bernard Grech, kienu japprovaw u jieħdu gost b’dak li qed jgħid Mallia.
Fil-fatt Salvu Mallia kien sejjaħ imbeċċili lid-deputati li ma kinux sfiduċjaw lil Adrian Delia u kien anki għajjar lill-eks Kap Nazzjonalista Delia bħala buffu.
Mallia kien qal, “Jien kull ma ridt imur ngħidilhom kemm intom partit tan-nejk għadkom b’dak il-buffu bħala leader.”
Salvu Mallia mhux biss kien għajjar lil ta’ kontra llum wara Bernard Grech iżda anki lill-Maltin: “Il-poplu miskin jaħasra. Għadna lura ma nafux x’inhi demokrazija għaliex 98% minna, mentalità Għarbija u l-Għarab id-demokrazija ma jifhmuhiex.”