Madwar 115-il trakk tad-ditta DAF iltaqgħu f’Ta’ Qali nhar il-Ħadd li għadda għall-ewwel edizzjoni ta’ “DAF Drive Day” organiżżata minn United Equipment Company Ltd (UNEC), rappreżentanti tad-ditta DAF f’Malta.
Warainstaqu kollha lejn il-binja ta’ UNEC f’Burmarrad, fejn kienet organiżżata BBQ għas-sewwieqa kollha u l-familji taghhom. Dan kollu b’risq il-Fondazzjoni Puttinu Cares.
“Il-komunità ta’ sewwieqa li jsuqu d-ditta DAF qed tikber, fil-fatt, sax-xahar li għadda għadna kif wassalna seba’ DAF CF tractor units lil klijent ġdid, minbarra żewġ DAF LF Trucks lil klijent ieħor. Kien għalhekk li ddeċidejna li norganiżżaw attività li tlaqqa’ lil dawn il-klijenti kollha flimkien u filwaqt li niltaqgħu, niġbru ftit flus b’riżq il-Fondazzjoni Puttinu Cares,” qal Gilbert Debono, Sales Manager ta’ UNEC Ltd.
L-attività “DAF Drive Day 16” rat ukoll attività kurjuża fejn bniedem waħdu irnexxielu jiġbed trakk. Kien hemm ukoll lotterija fejn żewġ rebbieħa rebħu vjaġġ għall-fabbrika ta’ DAF fl-Olanda.
“Ħafna drabi, tkun diffiċli niltaqgħu mal-klijenti għaliex il-ħin tagħhom ikun limitat ħafna. Din l-attività tatna l-opportunità biex niltaqgħu ma’ ħafna minnhom f’ambjent rilassat u informali fejn stajna niddiskutu l-esperjenza tagħhom tad-ditta DAF u opportunitajiet ġodda ta’ negozju,” temm qal John Bonello.