Fl-aħħar sigħat fiequ 170 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 59 każ minn fost 3,526 test biex bħalissa hawn 945 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,117,196 test.
Ingħataw ukoll 774,250 doża tal-vaċċin. Minnhom, 404,419-il persuna ħadu l-ewwel doża u 395,537 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 32 persuna pożittiva għall-COVID-19 jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, erbgħa minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li l-età medja tal-każijiet tas-Sibt kienet ta’ 43 sena.
Intant, anzjan ta’ 77 sena u anzjana ta’ 63 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Huma kienu qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei.