Il-President ta’ Malta George Vella indirizza l-laqgħa ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. F’messaġġ irrekordjat il-President Vella esprima x-xewqa tiegħu li jkun hawn djalogu infurmat fuq it-temi li l-aktar li jolqtu liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
Dr Vella spjega li dawn id-djalogi għandhom iseħħu b’mod ċivilizzat, lil hinn mill-konvinzjonijiet politiċi tas-sindki u l-kunsilliera.
Huwa rrefera wkoll għal-laqgħat li kellu ma rappreżentanti tal-Kunsilli mir-reġjuni madwar il-gżejjer Maltin.
Il-President radd ħajr lill-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Mario Fava, għall-appoġġ li jagħti l-Presidenza sabiex tkompli tersaq qrib il-poplu, kif ukoll lis-sindki u l-kunsilliera kollha għall-appoġġ li jagħtu.