Sudaniż ġie kkundannat 9 xhur ħabs wara li pprova jsiefer lejn Bali b’dokumenti ffalsifikati.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat instab fil-pussess ta’ karta tal-identità Taljana u passaport foloz. Dan wara li kien arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Quddiem il-Qorti l-imputat ametta għall-akkużi miġjuba kontrih u spjega li hu kiseb id-dokumenti għal €900. B’hekk il-Qorti kkundannatu għal disa’ xhur ħabs effettivi.