Franċiż ta’ 28 sena nstab ħati li seraq mobile minn San Ġiljan.
Il-każ seħħ fl-4 ta’ Awwissu għall-ħabta ta’ bejn is-sitta u nofs u s-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija minn stabbiliment kummerċjali.
Idris Bougaci, li kien mixli bis-serq tal-mobile tad-ditta Apple, irritorna l-mobile ftit tal-ħin wara meta kien arrestat. Il-mobile kien irritornat għand is-sid mingħajr ma kien minsus kif ikkonferma ukoll sid il-mobile.
L-akkużat filwaqt li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih qal li dak li għamel kienet xi ħaġa stupida waqt li kien taħt l-effett tal-alkoħol.
Għaldaqstant, il-Qorti tatu sentenza ta’ ħames xhur ħabs sospiżi għal sentejn.