Żewġ nisa mir-Renju Unit ammettew li daħlu Malta għal btala b’ċertifikati foloz tal-vaċċin kontra l-COVID-19.
Jidher li mara minnhom tlaqqmet biss b’doża waħda tal-vaċċin filwaqt li l-oħra ma ħadet l-ebda doża. Din tal-aħħar uriet ukoll test negattiv għall-virus. Huma ġew ittestjati hawn Malta ukoll, u rriżultaw fin-negattiv.
Il-Qorti mmultathom €3,000 kull wieħed kif ukoll sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn.