Sirjan ta’ 24 sena miż-Żebbuġ Għawdex ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat b’serq aggravat, ikkaġunar ta’ feriti ħfief fuq raġel ieħor Sirjan ta’ 25 sena
residenti is-Sannat, Għawdex, kif ukoll bi ksur tal-paċi u l-bon ordni pubblika.
Dan wara li tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech.
Fi stqarrija tal-Pulizija ġie spjegat li l-każ seħħ fil-5 ta’ Awwissu 2021 fl-inħawi ta’ Triq ir-Rabat ġewwa Marsalforn, limiti taż-Żebbuġ, Għawdex.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-libertà proviżorja taħt diversi kundizzjonijiet.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.