Fl-aħħar sigħat fiequ 147 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 71 każ minn fost 3,593 test biex bħalissa hawn 1,058 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,113,670 test.
Ingħataw ukoll 773,225 doża tal-vaċċin. Minnhom, 404,049 persuna ħadu l-ewwel doża u 394,049 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 33 persuna pożittiva għall-COVID-19 jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, 5 minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li l-età medja tal-każijiet tal-Ġimgġa kienet ta’ 45 sena.
Fl-aġġornament tal-lum ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.