Għaxar persuni ndarbu meta raġel attakka numru ta’ passiġġiera waqt li kien riekeb ferrovija f’Tokjo.
Waħda mill-feruti ġarbet ġrieħi serji waqt l-attakk li seħħ il-Ġimgħa.
Rapporti fil-midja Ġappunża qalu li s-suspettat, li għandu 36 sena, allegatament stqarr mal-pulizija li hu wettaq dan l-attakk għaliex ħassu rrabjat meta ra nisa li skontu dehru kuntenti u għalhekk ried joqtolhom.
Il-ferrovija twaqqfet b’emerġenza malli x-xufier sema’ storbju ta’ kommossjoni ġej mill-vaguni.
L-investigaturi qalu li s-suspettat ħarab minn fuq il-post wara li twaqqfet il-ferrovija.
Dawn l-attakki vjolenti huma xi ħaġa rari fil-Ġappun, filwaqt li f’Tokjo li bħalissa qed tilqa’ l-Olimpjadi, hemm miżuri ta’ sigurtà stretta.