Fl-aħħar sigħat fiequ 120 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 48 każ minn fost 3,508 testijiet, biex bħalissa hawn 1,134 każijiet attivi.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,110,077 test.
Ingħataw ukoll 770,496 doża tal-vaċċin. Minnhom, 403,261 persuna ħadu l-ewwel doża u 392,100 huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 36 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, b’4 minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li l-età medja tal-każijiet tal-Ħamis kienet ta’ 38 sena.
Fl-aġġornament tal-lum ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.