Żagħżugħ Ingliż ta’ 21 sena residenti Birkirkara jinsab fil-periklu tal-mewt wara li laqqat daqqa ta’ mus f’Tigné f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30 ta’ dalgħodu, meta seħħ argument bejn iż-żagħżugħ u raġel ieħor
Il-Pulizija qalet kif l-allegat aggressur ħarab minn fuq il-post.
L-Ingliż ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.