Fil-jum tal-Erbgħa, minn tal-inqas 482 immigrant qasmu l-Kanal Ingliż f’21 dgħajsa żgħira. Dan huwa numru rekord ta’ kemm-il persuna qasmu f’ġurnata waħda.
Skont ċifri maħruġa mill-Ministeru għal-Intern Ingliż, s’issa din is-sena kien hemm ‘il fuq minn 10,000 wasla f’434 vjaġġ.
Uffiċjal tas-sigurtà qal li dawn il-vjaġġi, iffaċilitati minn gruppi kriminali, qed ipoġġu l-ħajjiet f’riskju.