Bdew programmi ta’ taħriġ professjonali fi ħdan l-Istitut għall-Edukazzjoni, biex jappoġġjaw lil kull tip ta’ edukatur ta’ kull livell.
It-taħriġ qed jingħata skont il-pjan ta’ azzjoni tal-iskejjel u l-aħjar metodi ta’ tagħlim.
Fil-ftuħ ta’ dan it-taħriġ, il-Kap Eżekuttiv Joanne Grima qalet li f’dinja li kontinwament qed tinbidel, it-tfal iridu jkunu mgħallma ċertu valuri u kompetenzi sabiex ma jkollhomx biss suċċess akkademiku, iżda wkoll suċċess soċjali u personali.
Għalhekk xogħol l-edukatur qatt ma jista’ jieqaf jevolvi biex dejjem ikun żgurat li l-iskejjel jagħtu l-aħjar esperjenza lill istudenti tagħna.