Il-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma ntalab jipprovdi prova li kellu propjetà fil-Mosta li ntużat wara biex iżomm l-allegat persuni nvoluti fl-attentat ta’ serqa fuq il-bank HSBC f’Ġunju ta’ ħdax-il sena ilu.
Fil-kontro eżami ma’ Darren Debono magħruf bħala t-Topo ta x-xhieda tiegħu Melvin Theuma bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-maħfra presidenzjali li ngħata.
Barra Theuma u Debono, Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu wkoll qiegħed ikun akkużat li kellu sehem fl-attentat tas-serqa.
L-avukat ta’ Debono staqsa lil Theuma dwar jekk l-appartament fil-Mosta kienx propjetà tiegħu.
Theuma wieġeb li terza persuna xtrat żewġ appartamenti fl-istess blokka u ħadu wieħed kull wieħed.
Huwa kien mitlub jipprovdi kuntratt ta’ bejgħ tal-propjetà qabel ikompli jinstema’ l-każ.