Mara ta’ erbgħa u sittin sena weġġgħet gravi f’inċident li seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar fi Triq il-Korp tal-Pijunier f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ meta saret ħabta bejn erba’ vetturi – Mercedes li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ erbgħa u għoxrin sena minn San Pawl il-Baħar, Renault li fiha kien hemm żewġ nisa Spanjoli ta’ erbgħa u sittin sena, u żewġ karozzi li kienu pparkjati.
Tim mediku ta l-għajnuna meħtieġa fuq il-post, u ambulanza ħadet lill-passiġġiera tar-Renault l-isptar għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.