Fi stqarrija l-Bord tal-Inkjesta dwar il-qtil Daphne Caruana Galizia ntqal li fir-rapport ippreżentat minnu kien hemm tliet paġni neqsin (pġ 23, 61, u 261).
Il-Bord sostna li milli jidher dawn il-paġni neqsin spiċċaw moħbija bit-titlu li segwew.
Tenna li din kienet biss kwistjoni teknika u ma kinitx intenzjonata.
Il-Bord temm jgħid li se jara li din il-kwistjoni tkun solvuta billi jintbagħtu kopji ġodda lil dawk konċernati.