Raġel ta’ 42 sena minn Ħal Qormi, baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li ta fastidju lil martu, iżjed minn darba u talabha favuri sesswali fil-preżenza ta’ binthom li hija minorenni.
L-imputat ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, filwaqt li d-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest għaliex qalet li l-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lil raġel ieħor li huwa akkużat bi stupru u raġel ieħor mixli bi traffikar ta’ droga.
Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba provi u reat gravi li allegatament seħħew fil-preżenza ta’ bint il-koppja.
Sostniet li l-imputat mhuwiex jirrealizza li ż-żwieġ wasal biex jintemm.
L-Avukat li qed jidher għal mara, stqarr li l-klijenta tiegħu ilha għal dawn l-aħħar sena u nofs tmur għandu u kienet tgħidlu kemm hi u bintha huma mbeżżgħin mill-imputat.
Tenniet li fil-medjazzjoni, ir-raġel qatt ma mar il-Qorti.