Fil-Polonja, 16-il persuna ġew arrestati wara li nqabdu jipproduċu sigaretti b’mod illegali.
Dawn ġew arrestati f’operazzjoni bejn l-awtoritajiet Pollakki u l-EUROPOL, fejn kien hemm madwar 100 uffiċjal.
Din l-operazzjoni saret f’Varsavja.
Fost l-arrestati hemm il-kap ta’ din l-organizazzjoni kriminali.
Hawnhekk inqabdu ’l fuq minn 1.6 miljun sigarett, flimkien ma’ 13-il tunnellata ta’ tabakk.
Huwa stmat li ma tħallsux mat-€3.8 miljun f’taxxi.