Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-paga se jkunu ferm aħjar għal 61 ħaddiem.
Dan propju tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn fiha ġie ffirmat ftehim li ilu jiġi diskuss għal bosta snin, bejn il-Gvern u l-Unjin Maltija għall-Għalliema, l-MUT.
Dawn l-uffiċjali fost l-oħrajn jinkludu ħaddiema min-National School Support Services, l-NSSS bħal youth workers u counsellors, li jaħdmu qatigħ sabiex jgħinu bosta studenti u l-ġenituri tagħhom billi jipprovdu appoġġ u servizzi professjonali.
F’kummenti ma’ ONE News, il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana tkellmet kemm huwa importanti s-servizz li joffru dawn il-ħaddiema u għalhekk l-importanza ta’ dan is-servizz.
Il-Ministru Caruana spjegat ukoll li minn dan il-ftehim importanti se jgawdu minnu wkoll uffiċjali li huma ngaġġati mal-Iskejjel tal-Knisja.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-MUT Marco Bonnici saħaq kemm dan il-ftehim se jtejjeb il-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema.
Fisser dan il-ftehim bħala turija t’apprezzament għall-ħidma ta’ dawn il-ħaddiema li jħarsu l-iżvilupp emozzjonali u mhux biss akkademiku tal-istudenti.
Bonnici qal li dan il-ftehim mistenni jiġbed aktar nies biex jidħlu f’dan il-qasam.