Raġel ta’ tnejn u tletin sena mill-Marsa li jaħdem fis-settur tal-logħob, inħeles mill-arrest fuq depożitu ta’ ħamest elef ewro u garanzija personali ta’ ħmistax-il elf ewro wara li fil-Qorti ġie mixli li ħebb għal raġel u kkaġunalu ġrieħi ħfief b’arma bil-ponta.
Il-każ seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa f’bar fil-Marsa.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq il-kundizzjonijiet li l-imputat ma jsifirx, ma jipprovax ikellem lil xi persuni li għad iridu jixhdu u ma jwettaqx reat ieħor.