Ċiklist żagħżugħ ta’ sbatax-il sena ndarab serjament f’inċident f’San Ġwann, li seħħ f’nofsillejl fi Triq San Ġwann tal-Għorgħar.
Il-Pulizija marret fuq il-post u sabet liċ-ċiklist fl-art b’numru ta’ ġrieħi fejn irriżulta li tilef il-kontroll u waqa’.
Il-vittma, li huwa Libjan li jgħix l-Imsida, ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-isptar b’ambulanza.
Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.