Fil-Ġappun se jiġi estiż l-istat ta’ emerġenza f’Tokjo u reġjuni fil-viċin minħabba li għadhom qed jiżdiedu l-każijiet pożittivi ta’ COVID-19 waqt li għaddejjin l-Olimpjadi. Il-maġġoranza tal-każijiet huma tal-varjant Delta. Issa, se jiżdiedu r-restrizzjonijiet f’aktar partijiet ta’ Tokjo u f’Osaka.
Il-Prim Ministru qed iħeġġeġ lill-pubbliku jsegwi l-logħob tal-Olimpjadi mit-televiżjoni jew mill-mezzi soċjali, u l-Ministru għas-Saħħa qed iwissi li l-pajjiż issa jinsab f’fażi ġdida u tal-biża’ fejn tidħol il-pandemija
Ritratt: Reuters