Ritratt li jgħid storja, huwa dak ta’ din it-tarbija li saħħret il-midja soċjali bid-daħka ta’ ferħ tagħha.
Dan ir-ritratt poġġietu omm it-tarbija, Lauren Vinje, fejn spjegat li t-tifla tagħha twieldet qabel iż-żmien u li kienet tiżen biss 1.7kg. L-omm fissret kif dan ir-ritratt juri li t-tarbija kienet kuntenta li rnexxiela ssalva wara li kienet qed tinżamm fis-sezzjoni tal-kura intensiva.
Din it-tbissima fuq fomm din iċ-ċkejkna, qed jagħti kuraġġ lil dawk l-ommijiet li għaddejjin minn żmien diffiċli, u li quddiem dawn is-sitwazzjonijiet qed jaqtaw qalbhom.