Il-Gvern Awstraljan se jibgħat uffiċjali tal-Armata biex jinfurzaw lockdown fil-belt ta’ Sydney wara li kien hemm żieda sostanzjali fil-każijiet tal-varjant delta tal-COVID-19.
Bħalissa l-infezzjonijiet ilaħħqu t-tlett elef u mietu disa’ persuni minn Ġunju. Jidher ukoll li l-virus qed ikompli jinfirex anke jekk il-pajjiż ilu f’lockdown għal ħames ġimgħat.
L-uffiċjali li ntgħażlu għall-infurzar f’Sydney bħalissa qed jitħarrġu qabel ma jibdew bl-operazzjonijiet nhar it-Tnejn li ġej.
Il-lockdown f’Sydney għandu jibqa’ fis-seħħ sat-28 ta’ Awwissu li ġej.
Ritratt: Getty Images