Somalu ta’ 22 sena residenti Marsalforn qed jinżamm taħt arrest wara li kien mixli li nhar it-Tnejn 17 ta’ Ottubru seraq portmoni.
Din mhijiex l-ewwel darba li s-Somalu xellef difrejh mal-qorti, huwa ġie akkużat li kiser żewġ sentenzi sospiżi u li rrenda ruħu reċidiv b’sentenzi mogħtija mill-Qrati tal-Maġistrati ta’ Malta.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
F’każ separat, Malti ta’ 61 sena, kien ukoll akkużat b’rabta ma serq ta’ portmoni fix-Xagħra Għawdex, u li rrenda ruħu reċidiv b’sentenza mogħtija mill-Qorti iżda huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest.