Kenneth Duru ta’ 43 sena min-Niġerja nħeles minn kull akkuża ta’ traffikar tad-droga wara ġuri, fejn ġie deċiż ukoll li x-xhieda ewlenija se jiġu akkużati b’xhieda falza.
Ir-raġel kien arrestat f’Ġunju tal-2019 f’bandli, meta iltaqa’ ma’ pulizija pajżan li taparsi kien imexxi id-droga.
Dan wara li żagħżugħ kien ikkopera mal-pulizija meta nqabad bid-droga u kien ta l-isem tan-Niġerjan.
Iż-żagħżugħ imbagħad kien qal li xehed falz.
Il-ġurati ivvutaw seba’ kontra u tnejn favur il-ħtija tan-Niġerjan.