Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera laqgħet it-talba sabiex titneħħa l-istqarrija li Andrew Mangion kien ta lill-Pulizija meta ġie interrogat fuq l-akkużi li qatel lil Eleanor Mangion Walker fl-2016.
Dan għaliex ma kellux rappreżentanza ta’ avukat waqt li kien qed jagħti din l-istqarrija, li hu kellu dritt għaliha.
Huwa kien kellem avukat qabel ġie interrogat iżda mhux waqt li kien mitkellem mill-pulizija.
L-imħallef rat kif l-istqarrija tiegħu tista’ tikkriminah f’xi proċeduri tal-Qorti.