Il-Qorti tal-Appell bidlet is-sentenza ta’ Alexia Cross ta’ 42 sena fuq frodi u b’hekk issa mhux se tintbagħat tliet snin ħabs u minflok weħlet sentenza ta’ ħabs sospiżi.
Il-mara kienet ammettiet li ħadet wieħed u sebgħin elf ewro lil raġel li kienet miegħu u li fflasifikat xi firem biex tiġbidlu l-flus mill-bank.
Quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti, Cross qalet li hija kkoperat mal-Pulizija filwaqt li ammettiet mal-ewwel u b’hekk għandha tingħata sentenza mhux ta’ ħabs.
Hawnhekk intqal ukoll li hija ġa ħalset parti mill-ammont li serqet.
L-Imħallef ikkunsidra li l-mara qed tirriforma ruħa, li hemm bil-miktub li l-vittma se jkun qed jieħu l-flus lura kull xahar u li l-vittma se tapplika għall-parole.