Fi Franza, tifla tat-twelid, li huwa maħsub li twieldet din il-ġimgħa instabet f’borża taż-żibel.
Il-borża taż-żibel li fiha kien hemm it-tarbija instabet minn nies li kienu għaddejjin fit-triq.
Din il-borza tpoġġiet qrib arbuxell fi triq residenzjali u hemm ħwienet fiha.
Skont l-awtoritajiet it-tarbija nstabet f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.
Il-pulizija Franċiża qed tkellem lill-omm din it-tarbija, tfajla ta’ 18-il sena li għadha studenta.