Tania Borg ta’ 39 sena mir-Rabat inżammet taħt arrest preventiv wara li ġiet mixlija li serqet ċekk vojt ta’ anzjana u li bih xtrat brazzuletta tiswa aktar minn €4,000.
Hija ġiet mixlija wkoll li ffrodat anzjan ta’ 75 sena, b’aktar minn €3,000.
L-Avukat tal-akkużata qal li hija vittma ta’ użura u għamel talba għal libertà proviżorja.
Il-Qorti ċaħdet it-talba minħabba li għad irid jixhdu persuni pajżana.