Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu użati minħabba migrazzjoni eċċessiva ta’ ‘volatile organic constituents’ u li mhumiex konformi ma’ regolamenti tal-UE.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali sostna li l-Volatile organic constituents jiġu emessi bħala gassijiet minn kimiċi li bihom jiġu manifatturati prodotti li jintużaw ta’ kuljum fid-dar, bħal żebgħa, kolla, eċċ. u li jistgħu jkunu ta’ ħsara speċjalment meta l-bniedem ikun espost għalihom fit-tul.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.