Il-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija, fi stqarrija, qalet li hi tgħaraf il-fatt li l-istudenti tagħha għandhom il-libertà għal espressjoni madanakollu l-Fakultà tenniet li hi tiddiżassoċja ruħha mill-opinjoni personali tal-istudenti u ddikjarat li stqarriji li saru minn numru ta’ studenti ma jirriflettux il-pożizzjoni tal-Fakultà.
Dan fid-dawl tal-vaċċinazzjoni kontra l-Covid-19 fejn il-Fakultà spjegat li, fuq bażi ta’ riċerka xjentifika u evidenza bbażata fuq il-mediċina, tinkoraġġixxi lill-pubbliku biex jieħu l-vaċċin hekk kif il-vaċċin wera li hu mekkaniżmu effettiv biex tiġi kkontrollata l-imxija.
Il-Fakultà rringrazzjat lill-ħaddiema u kif ukoll lill-istudenti li kkontribwixxew b’mod pożittiv għall-isforz nazzjonali li qed iwettqu biex jgħinu tul ix-xhur tal-pandemija.