Matul il-jum tat-Tlieta, l-Unjoni Ewropea ħabbret li sa issa laqqmet 70% tal-popolazzjoni b’minn tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin.
Dan tħabbar f’messaġġ mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, li qalet kif l-Unjoni Ewropea tinsab minn ta’ quddiem fil-ġlieda kontra l-pandemija, hekk kif laħqet dan it-tragward importanti.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet kif l-Unjoni Ewropea żammet kelmtha hekk kif it-tragward kien li jintlaħaq sa dan ix-xahar.
Von der Leyen qalet ukoll kif 57% tal-popolazzjoni adulta tlaqqmet kompletament kontra l-Covid-19.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet kif xorta waħda kulħadd irid jibqa’ kawt minħabba ż-żieda fl-infezzjonijiet kawża tal-varjant.