Żewġt irġiel indarbu f’argument li seħħ tard it-Tnejn filgħaxija għall-ħabta tal-għaxra u nofs f’dar fi Triq tal-Borġ f’Raħal Ġdid.
L-argument seħħ bejn żewġ Somali, u matulu allegatament intużaw armi li jaqtgħu u bil-ponta.
Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ir-raġel ta’ sitta u għoxrin sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi u r-raġel ta’ tletin sena weġġa’ ħafif.
Dan tal-aħħar mar l-għassa ta’ Raħal Ġdid jirrapporta l-każ.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.