Immigrant ta’ tmienja u għoxrin sena mill-Gambja baqa’ jinżamm arrestat hekk kif il-Ħadd allegatament instab fil-pussess ta’ ħdax-il qartas b’sustanza suspettata kannabis.
L-akkużat, Sedat Bojang, kien arrestat mill-Pulizija tat-taqsima tar-Rapid Intervention Unit fil-Marsa fejn irriżulta kif l-akkużat barra l-qratas, allegatament kellu wkoll droga sintetika ġdida fis-suq.
Il-każ ġie meqjus bħala pussess aggravat hekk kif l-akkużat ġie mixli li nqabad bis-sustanzi f’inqas minn mitt metru bogħod minn fejn jinġabru iż-żgħażagħ.
Bojang wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.