L-Kummissjoni tal-ippjanar approvat żvillupp għall-installazzjoni ta’ bosta pannelli fuq l-impjant tad-drenaġġ f’Imġarr ix-Xini, fil-limiti ta’ Għajnsielem. Dan l-iżvillupp se jkun mifrux fuq medda ta’ 1600 metru kwadru. Ix-xogħol ta’ tħaffir ta’ trinek se jkopri tul ta’ madwar 110 metru u fond ta’ 0.8 metru.
L-awtoritá ħarġet permess sabiex dawn il-pannelli ikunu inklinati b’madwar 10 gradi li jżid il-ġenerazzjoni tal-elettriku b’6%, kif ukoll tiffaċilita li dawn il-pannelli jitnadfu waħedhom sabiex anqas trab u xita jaffettwawhom. Din l-inklinazzjoni mhux se tkun qed taffettwa l-ambjent tal-madwar u għalhekk ġiet approvata.
Il-proġett mhux se jieħu art verġni jew ODZ u l-pannelli mhux se jkollhom impatt viżwali fuq il-madwar. Fost il-kundizzjonijiet li hemm marbuta mal-permess hemm dak li l-post irid jinġieb fl-istat li hu llum jekk kemm –il darba l-panelli jiżżarmaw. Dan il-progġett huwa wkoll skont il-politika tas-solar farm fejn strutturi kbar bħal dan l-impjant, u binjiet tal-gvern jintużaw għal dan il-għan.
Dan il-progġett huwa wkoll skont il-politika tas-solar farm fejn strutturi kbar bħal dan l-impjant, u binjiet tal-gvern jintużaw għal dan il-għan.
Din il-politika li ġiet introdotta fl-2014, ħarġet linji gwida dwar żvilupp ta’ dan it-tip, li se jkun qed jagħti prijoritá lil żvilupp li jsir f’postijiet li diġa qed jintużaw għal għanjiet oħra fosthom, soqfa kbar, parkeġġi tal-karozzi, żoni industrijali u barrieri.