L-Avukat Ġenerali u l-Periti Roderick Camilleri u Anthony Mangion, l-istess periti li kienu nstabu ħatja bil-qtil involuntarju ta’ Miriam Pace, appellaw is-sentenza mogħtija fil-konfront tagħhom.
Rapporti fil-midja qed jgħidu li l-periti kif ukoll l-Avukat Ġenerali appellaw is-sentenza iżda r-raġuni wara l-appell għadu mhux magħruf.
Il-periti kienu nstabu ħatja u kkundannati jagħmlu minn tal-inqas erba’ mitt siegħa servizz fil-komunità u t-tnejn li huma ġew ordnati jħallsu multi sostanzjali u erbgħin elf ewro fi spejjeż tal-Qorti.
B’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin proċeduri kriminali fil-konfront tal-kuntrattur u l-bennej.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/07/01/zewg-periti-jinstabu-hatja-bil-qtil-involontarju-ta-miriam-pace/