L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ffirmat ftehim ma’ Verifly, liema ftehim hu mmirat li joffri solluzzjonijiet mingħajr xkiel lit-turisti mill-Istati Uniti li se jivvjaġġaw lejn Malta.
Il-ftehim mal-VeriFLY se jkun qed jassigura li d-data tal-utenti se tkun qed tinżamm b’mod sigur u wżata b’mod korrett u miżmuma għal żmien adegwat tul iż-żmien tal-ivvjaġġar.
Dawk li jagħmlu użu mis-servizzi ta’ VeriFLY se jkunu jistgħu jserrħu moħħhom dwar kif se tintuża l-informazzjoni personali tagħhom.
B’rabta ma’ dawk li se jkunu qed jivvjaġġaw lejn Malta, dawn se jkun qed ikollhom l-opportunità li jikkonfermaw il-benesseri tagħhom u kif ukoll jipprovdu dokumentazzjonijiet oħra, kif mitlub mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. B’hekk permezz tal-app se jkunu jistgħu jipprovdu dokumentazzjoni tal-vaċċin tal-Covid, ta’ riżultati fost oħrajn.
Permezz ta’ dan il-ftehim, l-app se tkun qed isservi bħala mezz importanti għal vjaġġar sigur f’dawn iż-żminijiet.