Ġuvni ta’ dsatax –il sena mis-Sudan ġie lliberat wara li ammetta li hedded lil infermier kif ukoll li għamel ħsara f’ambulanza u li kiser il-paċi pubblika.
Huwa ġie lliberat wara li l-Qorti qieset il-fatt li kkopera mal-Pulizija f’kull stadju u li għandu kondotta nadifa.
Il-ġuvni ġie ordnat ukoll iħallas ħames mitt ewro f’danni fuq l-ambulanza li vvandalizza.