Raġel ta’ erbgħa u tletin sena mill-Maċedonja inghħata sentenza ta; sitt xhur ħabs sospiżi għal tmintax -il xahar wara li ammetta li seraq tmenin ewro minn kartiera f’lukanda f’San Pawl il-Baħar.
Fil-Qorti il-Prosekuzzjoni sostniet li l-imputat għandu problemi ta’ vizzju ta’ droga u għalhekk talbet lill-Qorti sabiex twissi l-imputat tan-natura gravi tar-reat.
Intqal ukoll kif l-imputat, għalkemm kien xurban waqt ir-reat, jinsab fit-triq biex jiġi rikoverat mid-droga.